– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Gaea għamel diversi proposti biex is-servizzi għall-persuni li jbatu bid-dimentia jistgħu jitjiebu.
Mario Galea qal fil-parlament li hu stmat li f’Malta hawn madwar 7,000 ibatu minn Alzhiemer jew Dimentia. Skont studju li sar mill-Universita ta Malta fis-sena 2012 hu maħsub li in-numru ta persuni f’Malta li se jkunu jbatu minn Dementia fsi-sena 2030 se jkun ta’ madwar 10,000.
Fid-dinja hawn aktar min 50 miljun ibatu minn Dimentia. Dan in-numru se jirdoppja kull 20 sena.
Fi żmien Gvern Nazzjonalista konna ħadna diverzi inizjattivi fuq Dimentia. Għall-ewwel darba introduċejna Dementia Friendly Wards bl-ewwel blokka ta’ wards state of the art f’ San Vincenz de Paule nfetħet fl-2009 bi spiża ta’ €10 miljun. Ittieħdet deċizjoni li kull dar għall-anzjani li nbniet jew ġiet modernizzata fi żmien Gvern tal-PN tkun Dimentia Friendly mill-ewwel. Dan għaliex l-anzjan li qiegħed f’sala jew f’dar tal-anzjani li illum m’għandux dementia imma jista’ jiżviluppa din il-kundizzjoni aktar ‘il quddiem u hu fatt ippruvat xjentifikament li meta ċċaqlaq anzjan bid-dementia minn dar tal-anzjani għall-oħra jew minn sala għal oħra dan joħloq aktar konfuzjoni mentali.
Gern tal-PN kien beda wkoll kampanja ta’ tagħrif dawn din il-kundizzjoni b’diversi seminars u b’żewgt kotba immirati kemm għat-tfal tal-iskola u għall-adulti fuq id-dementia miktuba minn Trevor Zahra u mqassma b’xejn.
Mario Galea qal kien sar Dimentia Day Centre fejn persuni bi qraba bid-dimentia jistgħu jieħdu l-qraba tagħhom f’dan id-day centre. Memory Clinic. Flimkien mad-Dimentia Malta Society – kien sar helpline fejn persuni bi qraba bid-dementia jistgħu ijċemplu għall-pariri u għajnuna. Hemm rata għolja ta’ psychological burn out għall-persuni (informal carers) li jieħdu ħsieb membri tal-familja li jbatu minn Dementia. Kienet saret strategija nazzjonali għad-dementia. Kienu nġiebu wkoll b’mod regolari leading experts fil-kura tad-Dementia min Sterling University fi Scotland li kienu jgħinnuna ħafna. Sincerament nemmen li dan il-gvern ghandu jieħu din il-probema b’aktar serjetà.
Skond l-uniku studju li sar, mill-Università ta’ Karoloniska f’Iżvezja fi studju li għamlet fl-2010 l-ispiża fuq id-dementia f’Malta kienet u dan fit-2010 kienet aktar min 61.1 milljun jekk il-pazjenti bid-dementia jieħdu ħsiebhom tal-familja. Jekk dawn ikunu f’istituzzjoni u dan qed infakkar kien fit-2010 l-ispiża kienet titla’ għall 92.2 miljun. Kieku l-istudju kellu jsir illum m’għandhiex dubju li l-ispiza tkun ferm uferm aktar. Mit-2010 għaddew 8 snin u għandu jsir studju biex naraw kemm hi l-ispiża illum f’Malta fuq id-dementia.
Hu ppropona li dan il-gvern jagħmel żewġ strateġiji dwar id-dementia. L-istrategija hi important imma trid twettaq dak li tipjanna, isir bini ta’ aktar djar ta’ swali u djar tal-anzjani dimentia friendly u li jsir partnership akbar mal-privat għax irrid ngħid li wara l-inizjattiva li konna ħadna bħala gvern, il-privat, beda jibni hu ukoll djar għall-anzjani bi swali dementia friendly u l-gvern beda jikri is-soddod mingħandu. Proposti oħra hi li l-Gvern jagħti tip ta’ mediċina waħda b’xejn li hi intenzjonata to slow down the progression of Dementia.
Mario Galea kompla li din kienet inizjattiva ta’ Gvern Nazzjonalista. Illum hemm mediċini oħra fis-suq li l-gvern ma jagħtihomx b’xejn. Nemmnu li l-gvern għandu jżid il-lista ta’ mediċini għad-dementia li jingħataw b’xejn. Il-kura għad-dementia għad m’hawnx imma jeżistu biss mediċini li jnaqqsu il-progess ta’ din il-kundizzjoni.
Jeħtieġ jiżdiedu l-electronic tracking devices biex tkun taf jekk qarib li jbati mid-dementia u joħrog mid-dar tkun taf fejn qiegħed. Pazjenti bid-dementia jistgħu joħorġu mid-dar u ma jiftakkrux it-triq lura għall-darhom. Hawn każijiet anki f‘Malta, fejn pazjent li jbati bid-dementia instab mejjet ġo xi għalqa xhur wara. Jeżistu wkoll electronic devices li jfakkru pazjent bid-dimentia li jrid jiekol jew li jrid jieħu il-mediċini. Sal-lum dawn l-Electronic Devices ma jingħatwx b’xejn. Għandna nikomettu ruħna li nagħtuhom b’xejn jew nissussidjaw parti mill-prezz tagħhom. Jeħtieġ li jingħata appoġġ lill-familji li jkollhom persuni tbati mid-dimentia.
Proposti oħra huma għal despite deds u Dimentia Day Centres għal persuni li jkollhom dimenżja. Dan jgħin lill-familji li jieħdu ħsieb pazjenti bid-dementia jistrieħu jew anki jkunu jistgħu jieħdu btala u aktar kampanji ta’ tagħrif dwar din il-kundizzjoni biex nifhmu aktar min ibati minn din il-kundizzjoni u tonqos l-istigma lejn dawn il-persuni.
//= $special ?>