Lokali

RITRATTI: Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum it-Tifkira – id-Duka ta’ Kent f’Malta

Id-Duka ta’ Kent jinsab f’pajjizna ghal zjara qasira fejn matulha sellem il-memorja ta’ dak kollha li mietu fil-gwerrer. Il-Princep Edward, li ghandu 83 sena, zar ic-Cimiterju Militari f’Tal-Pieta’ wara zjara li ghamel lill-President. Hawnhekk, hu pogga kuruna ta’ fjuri fil-prezenza tal-Commonwealth War Graves Commission.

Nhar il-Hadd li gej il-pajjizi kollha tal-Commonwealth, inkluz Malta, ikunu qed jiccelebraw Jum it-Tifkira. Hija gurnata li giet stabbilita 99 sena ilu mir-Re George V sabiex jitfakkru l-membri tal-armata li jkunu mietu f’battalji – dak iz-zmien, celebrazzjoni f’gieh l-eroj tal-Ewwel Gwerra Dinjija.

Din is-sena ghalhekk, Jum it-Tifkira tiehu dimensjoni aktar importanti. Ghaliex kien fl-1918 – ezatt 100 sena ilu – meta fil-11 ta’ Novembru intemmu l-kunflitti imdemmija ta’ dik il-Gwerra qalila. L-Ewwel Gwerra kienet spiccat formalment fil-11-il siegha, tal-11-il gurnata tal-11-il xahar.

Sinonima ma’ din il-gurnata hija l-Pepprina – il-famuza Poppy – li bdiet tintuza f’dawn ic-cerimonja mill-1921.

Intant, aktar tard mal-jum, il-Princep Edward zar ukoll il-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt.