Futbol Sport

Seba’ plejers mill-Kampjonat Premier sospiżi logħba

(Ritratt: MFA)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda seba’ plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers sospiżi huma Danilo Chapoval ta’ Birkirkara, Zachary Scerri ta’ Gżira United, Karl Micallef ta’ Ħamrun Spartans, Paul Chimezie ta’ Pietà Hotspurs, Braian Volpini ta’ Senglea Athletic, Kilian Amehi ta’ Sliema Wanderers u Kevyn McFarlane ta’ St. Andrews.

Id-difensur Chapoval se jitlef il-logħba ta’ Birkirkara kontra Hibernians, Zachary Scerri mhux se jilgħab fil-konfront importanti li Gżira United għandhom kontra Valletta u Kilian Amehi se jfalli l-konfront ta’ Sliema kontra Qormi. L-attakkant Paul Chimezie u Kevyn McFarlane mhux se jilagħbu l-konfront bejn St. Andrews u Pietà Hotspurs, filwaqt li Karl Micallef u Braian Volpini se jitilfu l-logħba bejn Ħamrun Spartans u Senglea Athletic.

Mill-Ewwel Diviżjoni kienu sospiżi logħba Miguel Attard (Gudja United), Melvin Busuttil (Marsa), Brandon Grech (Mqabba), Marco Antonio Morgon Filho (Sirens), Jojo Ogunuppe (Vittoriosa Stars), Steven Schembri (Żebbuġ Rangers). Luke Mijic ta’ Sirens ġie sospiż tliet logħbiet u l-kowċ ta’ Żebbuġ Rangers Edgar Degabriele ngħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet.

Mit-Tieni Diviżjoni, Radnor Farrugia (Luqa St. Andrews), Jamie Lee Micallef (Mġarr United) u Michael Grima (Santa Venera Lightnings) kienu sospiżi logħba u Tyrone Grech (Santa Venera Lightnings) ġie sospiż tliet logħbiet.

Żewġ plejers ta’ Xgħajra Tornados kienu sospiżi mit-Tielet Diviżjoni. Matthew Spiteri ġie sospiż logħba u Neville Zerafa rċieva sospensjoni ta’ tliet logħbiet.