Futbol Sport

St. Peter’s Żabbar jirbħu ċ-Chossi Super Cup

Ilbieraħ ġie fi tmiemu l-istaġun tal-Boċċi, hekk kif St. Peter’s Żabbar rebħu ċ-Chossi Super Cup għall-ewwel darba. Din il-kompetizzjoni tintlagħab bejn ir-rebbieħa tat-Tazza tal-Anġlu u r-rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel ħames ġugati, St. Peter’s Żabbar kienu għamlu 15-il punt. Għaxaq bdew ġejjin ftit ftit u għamlu l-iskor 17-11, iżda ż-Żabbarain baqgħu konċentrati sal-aħħar u rebħu l-logħba 21-11.

Għal St. Peter’s Żabbar dan kien staġun memorabbli bi plejers bħal Conrad Borg, Joseph Camilleri magħruf bħala “Is-Sultan” u Vincent Galea jispikka fit-tim. Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Tony Falzon bl-assistenza ta’ Raymond Azzopardi. Il-preżentazzjoni saret mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi Vanni Fabri.

Tags