Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, promozzjoni tal-moderazzjoni fil-konsum tal-alkoħol. Bħalissa din il-politika għaddejja minn konsultazzjoni pubblika, bl-għan li tadotta u treassaq metodu multidimensjonali u multisettorjali sabiex tnaqqas il-ħsara kkawżata mill-użu irresponsabbli tal-alkoħol.
Fi stqarrija dwar il-proċess ta’ din il-poltika The Sense Group qal fil-fatt sentejn ilu, nediet Kodiċi ta’ Prattika aġġornat għal ħwienet li jservu xorb alkoħoliku fi stabbilimenti.
Il-politika fiha azzjonijiet speċifiċi għax-xorb taħt l-età, il-konsum tal-alkoħol b’mod ġenerali u s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb fost oħrajn – speċjalment fil-jiem ta’ festi li ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod minnu.
Dawn il-linji gwida ġew imfassla biex jiżguraw li l-alkoħol ikun ikkonsmat b’mod responsabbli fis-soċjetà, u jingħata biss li għandhom iktar mill-età legali ta’ xorb alkoħoliku ta’ 17-il sena.
Intant fuq il-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, NetNews prova jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa biex ikollna aktar informazzjoni. Sfortunatment ir-risposti li tawna kienu limitati, hekk kif huma għadhom mhux infurmati għal kollox b’dak li qed jiġri f’din il-Politika Nazzjonali.
//= $special ?>