Il-każ tar-raġel illi miet fl-Isptar t’Għawdex għaliex ma kienx hemm ħelikopter reġa’ tqajjem fil-Parlament dalgħodu mid-deputat Chris Said. Dan hekk kif id-deputat Nazzjonalista preżenta dokumenti illi juru iswed fuq l-abjad kif verament dakinhar li seħħ il-każ “ma kienx hemm servizz tal-ħelikopter”.
Chris Said sostna li issa l-Gvern żgur se jibda ġirja biex jinqabad minn wassal dawn id-dokumenti sensittivi.
Kien ix-xahar li għadda meta fil-Parlament Chris Said qal li pazjent miet fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex minħabba li ma kienx hemm ħelikopter biex dan jinġieb Mater Dei.
Intqal illi kien l-24 ta’ Awissu meta Għawdxi tilef ħajtu, bi Chris Said jinsisti li l-Gvern kien kompliċi f’cover up. Wara dan id-diskors, il-Ministru Chris Fearne kien ħareġ biss ftit linji mill-inkjesta li saret dawr dan il-każ, b’diversi domandi baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>