Il-mużew tas-Santwarju f’Ħaż Żabbar bħalissa qed jilqa’ esebizzjoni ta’ pittura mill-artist Antonio Mifsud. Autumn Hues jew ilwien il-ħarifa huwa it-titlu ta din il-ħames esebizzjoni personali. L-esebizzjoni hi miftuħa għall-pubbliku sal-25 ta November kuljum bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofsinhar.
Mifsud qiegħed jippreżenta kollezzjoni ta’ pittura b’tema profana, rurali jew astratta. Jispikka it-timbru personali tiegħu bi stil vivaċi u b’kuluri b saħħitom. Forsi Antonio huwa iktar magħruf għax-xogħol sagru jew monumentali. F’din il-kollezzjoni l-artist qiegħed jesplora possibilitajiet oħrajn li minn dejjem kienu f moħħu u f’qalbu, u bit-timbru ikkulurit u dinamiku tiegħu qiegħed jesponihom lill-pubbliku.
Din il-wirja kienet inawgurata minn Dr. Ġorġ Mallia akkademiku, awtur u artist.
//= $special ?>