Kultura Lokali

FILMAT: Mogħtija midalji u dokumenti ta’ fizzjal fl-Operazzjoni ‘Huskey’

 

Il-familja tal-fizzjal Amerikan, Jess Brewer Jnr, tat lill-Fondazzjoni Wirt Artna numru ta’ midalji u dokumenti ta’ missierhom relatati mas-servizz li hu ta fl-Army Air Core, it-taqsima tal-ajru tal-Armata Amerikana, waqt l-Operazzjoni Huskey fil-gwerra tal-Afrika ta’ Fuq u l-invażjoni ta’ Sqallija u l-Italja.

Mario Farrugia, Ċermen tal-Fondazzjoni Wirt Artna, tkellem magħna l-importanza ta’ din id-donazzjoni propju lill-patrimonju Malti:

“L-importanza ta’ din id-donazzjoni għalina hija marbuta mal-invażjoni ta’ Sqallija għaliex l-operazzjoni ‘Huskey‘ tmexxiet minn Malta. Il-bini tal-Lascaris War Rooms kien il-kwartieri ġenerali tal-Forzi Alleati fl-invażjoni tal-Ewropa, li kien l-ewwel li fortizza fl-Ewropa, il-fortizza Nażi-Faxxista, li kienet qed tiġi invaduta.”

Din kienet l-ikbar operazzjoni tal-baħar u tal-ajru fl-istorja tal-lum, ikbar minn D Day, u permezz ta’ din il-kampanja, l-Italja ċediet fit-8 ta’ Settembru 1943 u ntemmu l-attakki tal-ajru fuq Malta u magħhom t-Tieni Gwerra Dinjija għalina.

Staqsejna lil Lisa Stapp, bint Jess Brewer Junior, x’wassalhom jagħmlu dan:

“My husband & I came to Malta on holiday. It was some place we have never been and we wanted to come. When we were here, we dicovered the Lascaris War Rooms. The history began to put my father’s history as a pilot in World War 2 together and we realised that as part of this exhibit that they were developing, all of his medals would been much better served being here on display for people to enjoy than sitting in a drawer at home.”

Oħtha, Carla Brew, żvelat magħna dwar kif skopriet fuq ħidmietu mal-Army Air Core:

“He told me experiences with having to figure out how to sleep in a tent with a mosquito netting as he eventually ended up getting malaria as well. But we learnt more from the letters he wrote back to his parents and to his sister. He said that he felt that he had contributed to something very important and i think that he stands for a lot of people who contributed in this mass undertaking.”

Intant, il-Fondazzjoni Wirt Artna għaddejja fuq xogħol estensiv fuq il-Mużew Operazzjoni “Huskey” f’parti sostanzjali tal-Lascaris War Rooms biex dan jinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin. Dan bil-għan li titfa’ lil dawn il-kmamar fl-isfond storiku oriġinali peress li dawn oriġinarjament inbnew għal din l-istess operazzjoni.