Futbol Sport

‘L-MFPA iridu l-libertà fuqhom biss’ – George Galea, waqt Replay Drive f’Replay

Il-President ta’ Mosta FC, George Galea tkellem kif iħossha fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-MFPA (l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-plejers tal-futbol f’Malta) u l-klabbs. F’intervista waqt il-progamm tal-Ħadd filgħaxija, Replay fir-rokna ġdida u popolari Replay Drive, Galea qal li l-MFPA jiġbdu wisq lejhom u jridu l-libertà fuqhom biss b’detrement lejn il-futbol lokali. Galea kien il-mistieden ta’ Micallef fil-karrozza u li fiha t-tnejn tkelmu dwar diversi temi ta’ diskussjoni marbuta mal-futbol Malti.

Fost oħrajn huma tkelmu dwar il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni, il-futur ta’ Mosta bħala klabb fil-Kampjonat Premier, il-Presidenza tal-MFA, il-futur ta’ Norman Darmanin Demajo, il-problema tal-korruzzjoni u suġġetti oħra. Galea hu magħruf li jgħidha kif iħossha, u ma jiddejaq xejn jgħid l-opinjoni tiegħu anke jekk kultant dak li jaħseb ma jkunx popolari. Segwi l-intervista kollha li dehret f’Replay permezz ta’ dan il-link: