Lokali

Qabda kbira ta’ sigaretti tal-kuntrabandu fuq il-baħar

Il-każ seħħ kmieni l-Ħamis filgħodu fl-inħawi tal-Fekruna, ix-Xemxija

Tlett żgħażagħ inqabdu bi ftit anqas minn 4,500 grossa sigaretti fuq il-baħar fl-inħawi magħrufa bħala tal-Fekruna, limiti tax-Xemxija, kmieni l-Ħamis filgħodu.

Is-sigaretti sekwestrati jammontaw għal €870,000 fis-suq, li għalihom la tħallas dazju, VAT u sisa.

L-etajiet taż-żgħażagħ ivarjaw bejn l-24 u d-29 sena, residenti l-Marsa u l-Ħamrun,  u huma twaqqfu wara li kienu ilhom jiem mgħassa mill-Iskwadr tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, assistit mill-Unit tal-Operazzjonijiet Speċjali fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u mhuwiex eskluż li dawn it-tliet irġiel Maltin jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.