Ambjent Lokali

RITRATT: Ikompli t-taħlit tal-iskart

In-nies li qed jisseparaw l-iskart jinsabu frustrati b'din l-attitudni

Diversi persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News reġgħu esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li l-boroż il-bojod qed jibqgħu jitħalltu mal-boroż is-suwed – fi kliem sempliċi, l-iskart li qed jiġi separat mill-familji xorta qed jispiċċa jitħallat.

Din il-ġimgħa l-Gvern ħareġ jiftaħar li qed jiġbor mal-100 tunnellata ta’ skart organiku kull darba li tinġabar il-borża l-bajd. Iżda fl-istess waqt, kellu jammetti li qed ikun hemm ċirkustanzi varji fejn il-boroż qed jitħalltu.

Il-Gvern, permezz tal-istqarrija maħruġa mill-Aġenzija tiegħu, qed jitfa’ t-tort fuq in-nies.