Ġimgħatejn wara li kontijiet f’Sata Bank ġew iffriżati, ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta’ xi jmiss jiġri. Lanqas ma ttieħdu passi dwar it-tħassib ta’ dawk li ħadmu qatigħ biex iġib investituri lejn pajjiżna, b’sistema adegwa ta’ customer care għadha ma teżistix.
Dan qalitu l-GRTU fi stqarrija, li tenniet kif l-ebda klijent tal-Bank m’hu jingħata l-ebda informazzjoni, b’ħafna minnhom qed imorru għand il-GRTU għall-informazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltà m’għandhiex tintrefa’ mill-Kamra.
Il-GRTU qalet li huma biss ir-Regolaturi li jafu sa liema livell waslet is-sitwazzjoni u kif l-aħjar li jissolvew il-problemi jew min għandu jsolvihom. Fil-verità, is-sitwazzjoni hi waħda gravi ħafna għax minbarra li qed tolqot ħażin lir-reputazzjoni ta’ Malta, hemm livell qawwi ta’ żbilanċ bejn min hu tajjeb u min hu ħażin.
Il-Kamra tenniet l-appell biex ir-Regolatur, il-Ministru tal-FInanzi u l-Amministraturi ta’ Sata Bank għandhom jaġixxu b’rispett u responsabbiltà lejn dawk milquta. Ir-responsabbiltà qed tgħaddi minn naħa għal oħra, filwaqt li jkomplu jikkumplikaw is-sitwazzjoni, tenniet il-GRTU.
//= $special ?>