Joseph Muscat m’għandux triq oħra ħlief li jneħħi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal illi l-aħħar storja li titratta l-kumpanija 17 Black kompliet tnaffar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Dan filwaqt li Konrad Mizzi u Keith Schembri għadhom iservu spalla ma’ spalla qrib il-Prim Ministru.
“Joseph Muscat ma jistax jibqa’ jagħżel li jiddefendihom”, sostna Adrian Delia.
Hu saħaq li din hi daqqa oħra għar-reputazzjoni ta’ Malta.
//= $special ?>