Lokali

Bjorn jerġa’ jiddaħħal l-isptar

“Ma kinitx mistennija li dalgħodu nistenbaħ fis-swali tal-isptar”. Hekk stqarr il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta Bjorn Formosa, f’kumment li ħalla fuq il-media soċjali hekk kif illum qed ikompli bil-kura li jeħtieġ.

Bjorn kien ċar fil-messaġġ tiegħu: “Irridu nibqgħu għaddejin. Ma nistgħux nieqfu.”

Hu insista li dan l-uġiegħ irid jinbidel f’aktar ħidma b’risq dawk li huma fil-bżonn.

Bjorn Formosa qed jistinka sabiex fix-xhur li ġejjin jiftaħ Dar oħra għall-persuni bl-ALS.