Futbol Sport

FILMAT | Illejla, fis-7pm il-leaders Gżira United kontra ċ-champions Valletta, f’Ta’Qali

Ritratt ta' Joe Borg

Illejla fis-7pm tintlagħab il-partita minn match day ten tal-Kampjonat Premier bejn il-leaders tal-Kampjonat, Gżira United u ċ-champions Valletta, fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Il-bieraħ filgħaxija l-uffiċċju tal-kommunikazzjoni fi ħdan l-MFA, ħa ħsieb li jorganizza konferenza stampa ta’ qabel il-partita fejn fost oħrajn tkelmu ż-żewġ kowċis rispettivi, Darren Abdilla għal Gżira u Danilo Doncic għal Valletta. Segwi dan is-servizz, li jinkludi kummenti taż-żewġ kowċis:

Intant servizz dettaljat dwar din il-partita, wara li tispiċċa se jkun qed jixxandar f’Replay Preview tal-lejla li tibda għal ħabta tad-9:15pm fuq Net Television, kif ukoll f’Net News tal-11pm. F’Replay Preview tal-lejla se tkunu tistgħu ssegwu ukoll:

⚽ Preview għall-konfronti kollha ta’ għada s-Sibt u nhar il-Ħadd li ġej minn match day ten tal-Kampjonat Premier. Jispikkaw il-partiti Hibernians FCkontra Birkirkara F.C. u St.Andrews FC Malta vs. Pieta’ Hotspurs FC. Nitkelmu mal-kowċis rispettivi qabel dawn il-partiti.

⚽ Eku tal-Passat | Hibernians FC kontra Birkirkara F.C. ta’ ħames snin ilu mill-Kampjonat Premier. Dwell li ntemm b’gowl deċiżiv skorjat fl-aħħar

⚽ X’Sar Minnhom? | niltaqgħu ma’ Ray Briffa, eks plejer ta’ Qormi F.C. u Valletta Football Club.

⚽ Ħarsa lejn il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u l-partiti skedati għal tmiem il-ġimgħa minn match day eight.

⚽ Insegwu l-aħjar azzjonijiet u l-gowls mill-partita tal-lejla bejn Gzira United F.C. u Valletta Football Club.

⚽ Servizz dwar il-plejer tax-xahar għal Settembru sponsorjat minn IZIBETfejn ir-rebbieħ hu l-attakkant Brażiljan ta’ 25 sena u li jilgħab ma’ Balzan F.C., Alex Paixao.

⚽ Mill-programm tal-lum, grazzi għall-kollega tagħna Paul Spiteri, se nibdew insegwu uħud mill-gowls li jkolna matul il-ġimgħa mill-Kampjonat tal-Youths, Sezzjoni A. Servizz ieħor esklussiv li qed jitwassal permezz ta’ Replay (Net Television).

Replay Preview hu miġub bl-appoġġ ta’ dawn l-isponsors: L’aroma, IZIBET, Bavaria Malta, GasanMamo Insurance, Dove, Churchill Master Butchers u Weetabix Protein.