Lokali

Il-Ministru Mizzi ma jridx jikkummenta dwar 17 Black

“Staqsi lit-Times” – kien din ir-reazzjoni tal-Ministru tal-Enerġija meta iffaċjat bid-domandi dwar il-kumpanija 17 Black u l-allegazzjonijiet ġodda rigward il-propjetarju veru ta’ din il-kumpanija sigrieta fl-Emirati.

Il-Ministru Joe Mizzi ħarab mid-domanda billi qal “inutli issaqsu lili”.