Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport fi stqarrija qalet li id-disinn tat-trakka tal-karozzi kif preżentat riċentament minn Periti Studio, kompletament injora hafna min dak rikjest mill-istess Federazzjoni, inkluż il-faċilità tat-taghlim tas-sewqan ghat-toroq li hija parti kruċjali tal-proġett.
L-istqarrija tinnota wkoll li partijiet mill-art fid-disinn huma mikrija lil entitajiet oħra, b’mod partikolari ta’ Drag Racing. “Il-Federazzjoni mhix ser taċċetta li tneħħi l-uniku sit f’Malta għal din id-dixxiplina, li ilha taħdem b’klabb mill-aktar attivi f’Malta, u disxxiplina li mhix totalment kompatibbli maċ-ċirkwit biex joperaw flimkien, u fl-aħħar xhur investiet ħafna biex ittejjeb il-faċilità.”
Il-Federazzjoni appellat lill-dilettanti kollha tal-motorsport biex iwaqqfu l-ispekulazzjoni f’dan il-mument vitali peress li dan jista jkun iktar ta’ ħsara minn wieħed jimmaġina.
//= $special ?>