Edukazzjoni Lokali

Ilhom mingħajr għalliem tal-Malti minn Settembru

Studenti li jattendu l-Iskola Sekondarja tar-Rabat f’Għawdex, ilhom mingħajr għalliem tal-Malti minn Settembru li għadda. Dan kien konfermat fil-Parlament din il-ġimgħa mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Diversi ġenituri li tkellmu magħna stqarrew it-tħassib tagħhom minħabba l-fatt li t-tfal tagħhom ilhom mingħajr għalliem tal-Malti mill-bidu tas-sena skolastika. B’kollox f’din l-iskola hemm erba’ klassijiet bla għalliem tal-Malti.

Iżda fir-risposta tiegħu fil-Parlament, il-Ministru Evarist Bartolo, flok qal kif se jsib soluzzjoni għal din il-problema, waħħal fl-MUT fejn sostna li huma l-kaġun ta’ dan in-nuqqas ta’ għalliema.

Sadanittant sissa dawn l-istudenti kollha għadhom bla għalliem ta’ suġġett daqshekk importanti fis-sillabu tagħhom.

B’rabta ma’ dan tajjeb wieħed ifakkar li l-Gvern bhalissa qed jiffacja n-nuqas ta’ diversi għalliema tal-Matematika u tal-Malti fl-iskejjel f’pajjiżna. Dan b’detriment għall-edukazzjoni tat-tfal fl-iskejjel.