Il-Ministru tat-Trasport Britanniku, Jo Johnson, irriżenja mill-Gvern tar-Renju Unit waqt li sejjaħ biex il-poplu jingħata opportunità oħra biex jivvota dwar il-Brexit.
Jo Johnson — li hu ħu l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Britanniku, Boris Johnson — qal li l-ftehim li qed ikun innegozjat għall-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ‘għandu jirriżulta fi żball terribbli’.
Dan waqt li sostna li r-Renju Unit qed javviċina ‘l-akbar kriżi mit-Tieni Gwerra ‘il hawn’ u li ‘dak li qed ikun offrut illum hu differenti minn dak li kien imwiegħed qabel’.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street (f’Londra) irringrazzja lil Jo Johnson għas-servizz tiegħu iżda ċaħad li jista’ isir xi referendum ieħor dwar il-Brexit.
Jo Johnson, fl-2016, kien ivvota biex il-pajjiż jibqa’ fl-UE filwaqt li ħuh, Boris, kien magħruf bħala sostenitur qawwi tal-Brexit.
Sadanittant, Boris Johnshon faħħar id-deċiżjoni ta’ ħuh biex jirriżenja mill-Kabinett u qal li ‘huma t-tnejn jaqsmu l-istess dispjaċir dwar kif il-Prim Ministru (Theresa May) mexxiet in-negozjati ma’ Brussell.’
//= $special ?>

