Lokali

“Kemm dawk involuti u anke l-awtoritajiet iridu jerfgħu r-responsabbiltà” – Roberta Metsola

Mhux biss huma dawk involuti fl-iskandli ta’ dan il-Gvern li jridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom, imma wkoll l-awtoritajiet li kellhom jintervjenu biex jipprevjenu dawn l-iskandli u jaraw li min hu ħati jaffaċċja l-ġustizzja.

Iddikjarat dan Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista, fi tmiem laqgħa li kellha mal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, fejn wasslet dan il-messaġġ fid-dawl tal-iżvelar tas-sid tal-kumpanija 17 Black.

“Għajnejn id-dinja kollha għal darb’oħra qed iħarsu lejna għall-fatt li hemm dokumenti, allegazzjonijiet u evidenza ċara u l-ebda investigazzjoni ma saret,” stqarret Metsola f’kummenti lil In-Nazzjon.

Fil-laqgħa, Roberta Metsola wasslet messaġġ ċar, l-istess messaġġ li hu fuq fomm il-poplu Malti u Għawdxi.

“Ladarba dawn l-allegazzjonijiet tant gravi ħarġu iktar kmieni qabel il-laqgħa, ħassejt li jien ma stajtx nibda ħlief billi nagħmel ċara l-pożizzjoni tagħna u tal-poplu Malti,” tiddikjara Metsola.

Il-laqgħa mal-Kummissarju kienet ilha skedata għall-aħħar ġimgħat bħala parti minn laqgħat għal rapport li Roberta Metsola qed tħejji fuq livell Ewropew.

Madankollu, l-informazzjoni ġdida dwar 17 Black u r-rabtiet ta’ din il-kumpanija mal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri.

Tags