Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 34 sena sofriet feriti serji wara li lbieraħ tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl.

Il-każ seħħ fi Triq Ħal Farruġ f’Ħal Luqa għall-ħabta tal-10pm.

Il-Pulizija marru fil-post fejn waslet ukoll ambulanza li ħadet lill-mara, li hi mill-Isla, l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-mara kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Belta.