Il-ġimgħat li ġejjin se joffru ġranet impenjattivi ferm għal Maisie Williams, il-mara ta’ 21 sena li splodiet fil-popolarita madwar id-dinja kollha grazzi għall-karattru ta’ Arya Stark f’Game of Thrones.
Dan hekk kif riċentament hi żvelat ma’ ġurnal Ingliż illi se tkun qed tipparteċipa fi produzzjoni Maltija.
Fl-intervista, Maisie qalet hekk: “There’s all the promo for GoT, then a film about rival speakeasies in second world war-era Malta”.
Rapporti qed jindikaw li din il-produzzjoni se tkun qed tiffoka fuq il-Belt, partikolarment iz-zona ta’ Strada Stretta.
Maisie bħalissa impenjata wkoll bil-promozzjoni qabel joħroġ l-istaġun il-ġdid ta’ Game of Thrones, l-aħħar sensiela f’din is-serje.
//= $special ?>