Lokali

“Provi li Konrad Mizzi u Keith Schembri qed jisirqu lill-poplu Malti” – David Casa

L-Ewroparlamentari David Casa qal li llum hargu provi konkreti li l-Ministru Konrad Mizzi u c-Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri qed jisirqu l-poplu Malti.

Waqt kollegament ma’ Net Live minn Brussell permezz ta’ Skype, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew qal li dawn l-aħħar fatti li kienu żvelati jikkonfermaw ukoll li l-proġett tal-Power Station hu mifni bil-korruzzjoni.

David Casa qal li hu jappoġġja s-sejħa tal-Kap tal-PN Adrian Delia li sejjaħ għar-riżenja ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, u iktar minn hekk, li l-Pulizija għandha tinvestigahom immedjatament.