Futbol Sport

Roberto Mancini jsejjaħ skwadra ta’ 27 plejer

Il-kowċ nazzjonali Taljan Roberto Mancini sejjaħ skwadra ta’ 27 plejer għall-partita tal-UEFA Nations League kontra l-Portugall fis-17 ta’ Novembru u l-partita ta’ ħbiberija kontra l-Istati Uniti tlett ijiem wara. Fl-għażla jispikkaw in-nuqqas tal-attakkanti Mario Balotelli u Andrea Belotti, b’Roberto Mancini jikkonferma lil Kevin Lasagna ta’ Udinese fl-iskwadra proviżorja.

Mancini sejjaħ għall-ewwel darba lill-midfielder żagħżugħ Sandro Tonali ta’ Brescia, il-midfielder ta’ Sassuolo Stefano Sensi u l-plejer offensiv ta’ Hoffenheim Vincenzo Grifo. Fl-iskwadra rritorna il-plejers ta’ Juventus Mattia De Sciglio, Daniele Rugani u l-attakkant ta’ Cagliari Leonardo Pavoletti.

Skwadra proviżorja

Gowlkipers: Alessio Cragno (Cagliari), Gianluigi Donnarumma (Milan), Salvatore Sirigu (Torino)

Difensuri: Cristiano Biraghi (Fiorentina), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Mattia De Sciglio (Juventus), Emerson Palmieri (Chelsea), Alessandro Florenzi (Roma), Alessio Romagnoli (Milan), Daniele Rugani (Juventus)

Midfielders: Nicolò Barella (Cagliari), Roberto Gagliardini (Inter), Frello Filho Jorge Luiz Jorginho (Chelsea), Lorenzo Pellegrini (Roma), Stefano Sensi (Sassuolo), Sandro Tonali (Brescia), Marco Verratti (Paris Saint Germain)

Attakkanti: Domenico Berardi (Sassuolo), Federico Bernardeschi (Juventus), Federico Chiesa (Fiorentina), Vincenzo Grifo (Hoffenheim), Ciro Immobile (Lazio), Lorenzo Insigne (Napoli), Kevin Lasagna (Udinese), Leonardo Pavoletti (Cagliari), Matteo Politano (Inter)

Ikkummenta