Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li l-proġett tal-Iskola Medika ta’ Barts għadu lura tant li lanqas ix-xogħol ta’ kostruzzjoni għadu ma tlesta.
Chris Fearne iddikjara dan lill-ġurnalisti, ironikament ftit biss wara li ftaħar li l-proġett jinsab fi stadju avvanzat.
Dan ftit jiem biss wara li fil-Parlament sar magħruf li d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett reġgħet ġiet posposta għas-sena d-dieħa għalkemm għad m’hemmx data preċiża meta dan se jseħħ.
Ta’ min ifakkar ukoll li s’issa, il-proġett suppost ilu lest sentejn u qed jopera bil-kapaċita massima tiegħu.
Għadu misteru wkoll kemm qed jattendu studenti għand Barts, b’din l-istituzzjoni edukattiva li iktar kmieni din is-sena wieġbet lil The Times of Malta li l-ammont hu ta’ 40 student. Il-Prim Ministru Joseph oriġinarjament kien wiegħed 300 student sal-ħames sena mill-bidu tal-proġett.
//= $special ?>