Ann Fenech, il-Partner Maniġerjali ta’ Fenech & Fenech Advocates, kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Liġi Marittima Maltija, ġiet eletta bħala Viċi President tal-Kumitat Marittimu Internazzjonali mill-Assemblea Ġenerali tas-CMI ġewwa Londra.
Hija ġiet issuġġerita għan-nominazzjoni mill-Iżvezja u l-Irlanda u ġiet votata minn membri minn madwar 51 pajjiż differenti. Ann Fenech hija l-ewwel Maltija li ġiet eletta f’din il-pożizzjoni kif ukoll l-ewwel mara li proprju ġiet eletta bħala Viċi President.
Dan l-aħħar Ann Fenech kien partit essenzjali mit-tim tas-CMI involuti sabiex jipperswadu lill-Kummissjoni tanNazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali sabiex jaċċettaw il-proposta tal-Gvern Żvizzeru sabiex jingħata bidu għal Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Għarfien Internazzjonali għall-Bejgħ Ġudizzjarju.
//= $special ?>


