Lokali

Jinża’ għarwien u jhedded uffiċjal pubbliku

Raġel mill-Marsa tpoġġa taħt probation għal 3 snin u ġie mmultat €1,000 wara li tressaq il-Qorti akkużat b’imġieba indeċenti u li hedded u wettaq offiżi fuq uffiċjal ta’ Transport Malta.

Il-każ seħħ dalgħodu f’Raħal Ġdid hekk kif Glenn Abela, ta’ 30 sena, għal xi raġuni prova jbeżża’ lill-uffiċjal fejn allegatament waqt l-aggressjoni, l-akkużat saħansitra spiċċa neża’ ħwejgu bis-spiċċa għeri.

Filwaqt li Abela ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih, fosthom ukoll li qal diskors oxxen u offenda l-morali pubblika, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace wissietu sabiex jikkontrolla lilu nnifsu.

Finalment, il-Qorti ordnat ukoll protezzjoni fil-konfront tal-uffiċjal ta’ Transport Malta.