TARXIEN R……………… 1 BALZAN…………………… 3
Tarxien: A. Cassar, A. Scicluna, S. Radovanovic, M. Botta, J. Wemmer, G. Aquilina, A. Agius (M. Spiteri 63’), M. Brincat (M. Ciantar 63’), Anderson, D. Falzon (O. Francalanza 78’), M. Paolucci
Balzan: S. Sultana, J. Grioli, I. Bozovic, M. Johnson, E. Serrano, N. Sljivic, D. Camilleri (Sir. Arab 68’), Lecaò (G. Camilleri 78’), U. Ljubomirac, Kadù, A. Effiong (A. Majdevac 62’)
Imwissija: Anderson 32’ (T), A. Effiong 39’, M. Johnson 52’ (B)
Skorjaw: M. Johnson 23’, A. Effiong 28’, U. Ljubomirac 47’ (B), M. Paolucci 82’ (T)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Edward Spiteri, William Debattista
Il-Mument Plejer tal-logħba: Lecaò (Balzan)
Attendenza: 319
Rapport: George Cassar
Balzan irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi meta kisbu rebħa konvinċenti minn fuq Tarxien Rainbows bi tliet gowls. Ix-xita qawwija kompliet anki fit-tieni partita iżda dan ma waqqaf xejn mid-dominju ta’ Balzan li deher sa mill-ewwel minuti.
Wara li skorjaw żewġ gowls f’xulxin f’nofs l-ewwel taqsima, ftit kien għad fadal dubju fuq fejn se jmorru l-punti. Kuntrarju għal Balzan, Tarxien kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi rari fuq Qormi u Senglea Athletic iżda din id-darba sabu għadma iebsa u l-attakki tagħhom kienu remoti.
Balzan kellhom ir-ritorn ta’ Kadù li kien ilu iktar minn xahrejn nieqes mil-logħob u li kkombina tajjeb fl-attakk mal-eks Lecaò li kien l-aħjar plejer tal-logħba. Tarxien kienu mingħajr iż-żewġ difensuri ċentrali Daniel Zerafa u Rogac Radu li posthom ħaduh Jens Wemmer u Marco Botta b’dan tal-aħħar kien qed jagħmel id-debutt tiegħu mar-Rainbows.
Wara kwarta, Alfred Effiong laqat il-lasta b’daqqa ta’ ras wara kross ta’ Lecaò. Balzan skurjaw l-ewwel gowl fit-23 minuta meta d-difiża Tarxiniża biegħdet fil-qasir il-korner ta’ Kadù bil-ballun jiġi għand MICHAEL JOHNSON li skorja b’xutt fil-baxx. Dan il-gowl huwa speċi ta’ risposta mid-difensur Balzani li din id-darba tħalla barra mill-iskwadra tat-Tim Nazzjonali Malti msejħa minn Ray Farrugia.
Ftit qabel in-nofs siegħa logħob Balzan żiedu l-vantaġġ meta minn minn kross ta’ Lecaò, Uros Ljubmirac waqqa’ l-ballun lejn ALFRED EFFIONG li minn ftit passi bogħod għeleb lill-gowlkiper Andrea Cassar bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel imiss ix-xibka.
Balzan skorjaw it-tielet gowl wara inqas minn żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima meta UROS LJUBOMIRAC għamel kollox waħdu u kkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.
Tarxien naqqsu d-differenza tmien minuti mit-tmiem meta x-xutt ta’ l-eks Anderson De Barros kien imblukkat mid-difiża ta’ Balzan u MICHELE PAOLUCCI tefa’ fix-xibka b’xutt tajjeb fil-baxx. Din ir-rebħa, minkejja li ftit li xejn bidlet mill-pożizzjoni ta’ Balzan fil-klassifika, żgur li se tgħin għall-moral tal-plejers tagħhom speċjalment għall-konfront li jmisshom kontra Ħamrun Spartans li għandhom punti daqshom.
//= $special ?>