Raġel ta’ 22 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi gravi meta tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu, bil-konsegwenza li nqaleb.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tas-7.15 ta’ filgħaxija fi Triq in-Naxxar Birkirkara. Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ, għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

