Lokali

Stat ta abbandun fiċ-ċentru tal-iskart goff fil-Magħtab

Reazzjoni qawwija fuq il-midja soċjali hekk kif iċ-ċentru tal-iskart goff fil-Magħtab bħal donnu jinsab fi stat ta’ abbandun.

Ritratti ippublikati onlajn urew ix-xena li persuna ssib quddiem għajnejha hekk kif tmur tarmi l-iskart, bħala ċittadin responsabbli. Il-persuna li ppubblikat dan ir-ritratt staqsiet jekk għadux jimpjegaw nies f’dan iċ-ċentru hekk kif bl-iskart u l-ħmieġ li kien hemm bilkemm setgħat tidħol bil-karozza.

Bosta saħqu kif il-Gvern jistenna liċ-ċittadini jkun responsabbli dwar l-iskart meta lanqas huwa stess m’hu qiegħed jimxi bl-eżempju. Huma saħqu li min imexxi dan iċ-ċentru għandu jżomm il-post organizzat, b’indafa ta’ eżempju u mhux dan id-diżastru. Dan hekk kif sabiex il-poplu jibda jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru, l-ewwel nett min qiegħed fil-poter għandu jibda jwettaq dmiru.

Huma ħeġġew lill-pubbliku sabiex isiru aktar konxji dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb l-ambjent, u mhux jistennew il-bajda taqa’ f’ħalqhom. Temmew jgħidu li hemm bżonn li koxjentament nieħdu ħsieb l-ambjent u nirreċiklaw u mhux nimxu bil-paroli biss.