Lokali

Adrian Delia jiddiskuti u jwieġeb numru ta’ domandi taż-żgħażagħ

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ maż-żgħażagħ li fi tmiem din il-ġimgħa attendew għas-seminar “Insawru l-mexxejja ta’ għada” organizzat mill-AZAD.

Waqt li ħa l-opportunità li jwieġeb il-mistoqsijiet taż-żgħażagħ, Adrian Delia sostna li hemm bżonn li n-nies jitilqu minn fejn l-aktar li jħosshom komdi biex jimirħu, jfittxu li jitkellmu u jiġġieldu għall-valuri u l-prinċipji li jħaddnu. Hu hemm li l-ideat ikomplu jixprunaw. Huwa saqsa wkoll jekk il-ġid f’Malta hux jitqassam kif inhu xieraq.

Iddikjara li l-apatija hija waħda mill-għeddewwa tal-iżvilupp … apatija li qed narawha fis-settur edukattiv.

Future Leaders huwa programm ta’ taħriġ u żvilupp għaż-żgħażagħ li għandhom bejn l-14 u l-24 sena, u li għandhom aspirazzjoni li jidħlu għall-ħajja politika. Seminar li ra l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 60 żagħżugħ u żagħżugħa.