Lokali

Anzjana Ingliża tinstab mixħuta mal-art f’Marsaskala

Ingliża ta’ 68 sena residenti Marsaskala nstabet mixħuta mal-art wara li allegatament waqgħet.

Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-kwarta hekk kif intalbet l-assistenza medika fi Triq ix-Xatt.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.