Lokali

Jaqa’ minn fuq sellum u jsofri ġrieħi serji

Raġel ta’ 58 sena isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ il-bierah għall-ħabta ta’ 6pm hekk kif ir-raġel residenti l-Mosta ddaħħal l-Isptar Mater Dei. Hu kien qed jaħdem f’maħżen li jinsab fi Triq il-Kaċċatur, Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Strafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.