Sport

L-aħwa Brownlee u r-Rolex MiddleSea Race fis-sitt programm ta’ Sport Extra

Alistair Brownlee intervistat minn Charles Camenzuli

llum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar is-sitt programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli .

Fl-ewwel parti tal-programm enfasi u analiżi fuq id-39 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Mistiedna fil-programm Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club, l-aħwa Maya, Christoph u Aaron Podestà flimkien ma’ David Anastasi li kienu parti mill-crew ta’ Elusive II, kif ukoll Ramon Sant Hill responsabbli minn Comanche Raider II. Marbuta mar-Rolex Middle Sea Race filmati uniċi tal-yachts Maltin fl-azzjoni.

It-tieni parti tal-programm hija dedikata għas-Super League tat-Triathlon li għadu kemm sar f’pajjiżna. Intervisti esklussivi għal Sport Extra mal-aqwa żewġ tri-atleti ta’ kull żmien Alistair Brownlee, rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 u Rio fl-2016 kif ukoll ħuh Jonny Brownlee li fl-istess żewġ Olimpjadi rebaħ midalji tal-bronż u fidda rispettivament.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Michael Farrugia u Alfred Spiteri.