Fid-dawl tal-lista ma tispiċċa qatt ta’ imġiba diżonesta li tinvolvi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, il-Moviment Graffitti jsejjaħ għar-riżenja tagħhom b’mod immedjat.
Moviment Graffiti jiddikjara li għandu jkun hemm ukoll investigazzjoni serja dwar numru ta’ ftehim ta’ privatizzazzjoni li saru taħthom u dawn il-ftehimiet għandhom, possibilment, jiġu revokati.
Fi stqarrija, Moviment Graffiti jgħid li l-karigi ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri diġà ma kinux baqgħu tenibbli fl-2016 meta nkixef li kellhom kumpaniji offshore moħbija fil-Panama.
L-istess Moviment jiddikja li issa, li ħareġ ukoll li kien pjanat li dawn il-kumpaniji fil-Panama jirċievu flus minn kumpannija offshore oħra bl-isem ta’ 17 Black żgur li trid tittieħed azzjoni.
Il-kumpanija 17 Black allegatament hi ta’ Yorgen Fenech, Direttur ta’ Electrogas li hu l-konsorzju li jikkontrolla l-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta.
Fid-dawl ta’ dan, Moviment Graffiti jiddikjara li dawn huma konnessjonijiet li jintnu ħafna u ma tantx iħallu lok għal dubji dwar x’ġara f’dan il-każ. Filwaqt li huwa ġust li jintalab li jkun hemm proċess investigattiv sħiħ sabiex jinstabu r-responsabbilitajiet kriminali preċiżi, ir-responsabbilità politika għandha tittieħed immedjatament u Schembri u Mizzi għandhom jieqfu jistaħbew wara dak li l-Moviment Graffiti jittimbra bħala ċaħdiet patetiċi.
Il-fatt li r-responsabbilità legali għadha ma ġietx stabbilita ma jistax jintuża bħala skuża biex dawn jaħarbu mill-implikazzjonijiet politiċi gravi ta’ dan il-każ, jingħad fl-istqarrija, fejn jitfakkar ukoll li dawn l-individwi kienu involuti f’numru ta’ ftehim ta’ privatizzazzjoni suspettużi oħra bħat-trasferimenti tas-sit tal-ITS u l-privatizzazzjoni tal-sptarijiet Maltin.
//= $special ?>
