Lokali

Muscat jaħrab wara r-rivelazzajonijiet relatati mal-kumpanija 17 Black

Waqt l-inawgurazzjoni tal-mużew MUŻA kważi ħdax-il xahar tard, kienet evidenti t-tensjoni fost l-organizzaturi u l-istaff hekk kif il-Prim Ministru għal darboħra reġa ħarab mill-ġurnalisti.

Waqt li kien preżenti fil-mużew il-Prim Ministru,  kemm qabel kif ukoll wara l-inawgurazzjoni, inżamm bogħod mill-artisti u l-mistednin li għamlu ħin twil jistennew barra fil-kurituri sakemm Muscat dar mal-mużew.  Il-media ukoll tħalliet barra u kien biss l-istazzjon nazzjonali li tħalla jdur filwaqt li l-media l-oħra nżammu milli jidħlu magħhom.

Wara li dar is-swali tal-arti, hu ħarab u ħalla lill-ġurnalisti bla kummenti.