Lokali

Żewġ żagħżagħ jinqabdu mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga

Żewġ żagħzagħ ta’ 22 u 24 sena kienu arrestati ilbieraħ filgħaxija f’Paceville waqt ħidma tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija.

Ir-raġel ta’ 22 sena minn Santa Venera instab li kellu fuqu 12-il pillola fuqu ta’ sustanza suspettata ecstacy u €240 fi flus kontanti filwaqt li r-raġel ta’ 24 sena mill-Imsida kellu €3,600 fi flus kontanti.

Iż-żewġ żagħżagħ mistenni jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.