Lokali

AKTAR ILMENTI: “Qed jisolħuna” bil-kontijiet tad-dawl

Kontijiet għoljin, żbalji ripetuti u taħwid fir-rati tad-dawl

“Ġejt mitlub inħallas bis-16c u 34c kull unit. Attenti. Araw sew il-kontijiet li qed jaslu mingħand l-ARMS”.

Hija din it-twissija li saret pubblikament minn persuna fuq il-media soċjali wara li dan l-aħħar irċieva kont tad-dawl li kien fih żbalji kbar.

Hawn min irċieva kont ta’ €1,300

Din il-persuna tgħid illi kienet ilha żmien twil tirċievi il-kont bi żbalji, u li t-taħwid ilu għaddej minn żmien l-Għid. Irrakkonta kif ftit ilu tfaċċa l-meter reader, u eventwalment wasallu kont li kien id-doppju ta’ dak li suppost kellu jħallas.

Immedjata kienet ir-reazzjoni ta’ diversi nies oħrajn li qalu pubblikament illi ġralhom l-istess.

“Jidher li hemm hafna li qed jingidmu bil-kbir bil-kontijiet tad-dawl, meta l-Gvern preżenti bil-paroli wegħdna traħħis. Minnflok, għalkemm forsi wieħed jista’ jargumenta li l-prezzijiet fuq il-karta ma gholewx, jidher li qed jinstabu mezzi oħrajn kif jisolħuna.”

Indiviwu ieħor kiteb hekk: “Jien wasalli kont ta’ €1,300. Ilni snin inħallas €240. Ilmentajt mal-ARMS, l-emails għaddejthomlom, imma kollox għalxejn”.