Futbol Sport

Bidliet sfurzati għat-tim nazzjonali Franċiż

Il-kowċ nazzjonali ta' Franza Didier Deschamps

Il-kowċ nazzjonali Franċiż Didier Deschamps irċieva diversi aħbarijiet ħżiena fi ftit ħin hekk kif erba’ plejers irtiraw mit-tim nazzjonali Franċiż minħabba li huma mweġġgħin. Dawn huma Paul Pogba, Anthony Martial, Benjamin Mendy u Alexandre Lacazette.

Pogba tilef il-logħba li fiha Manchester United sfaw megħluba minn Manchester City, b’Martial u Mendy iweġġgħu waqt il-logħba. L-attakkant ta’ Arsenal Alexandre Lacazette u l-midfielder ta’ Tottenham Moussa Sissoko ssejħu bħala sostituti. Iżda sagħtejn wara, Lacazette irtira wkoll minħabba li jinsab imweġġa’.

Dan wassal biex Deschamps sejjaħ lill-attakkant ta’ Borussia Monchengladbach Alassane Plea għall-ewwel darba, filwaqt li d-difensur ta’ Olympique Lyon Ferland Mendy jittama wkoll li jagħmel id-debutt internazzjonali hekk kif ħa post Mendy.

Id-deċiżjoni ta’ Lacazette li ma jingħaqadx mal-iskwadra saret wara li saret diskussjoni mat-tim mediku ta’ Arsenal.

Franza tilgħab fil-UEFA Nations League kontra l-Olanda f’Rotterdam fis-16 ta’ Novembru, qabel huma jilagħbu kontra l-Urugwaj  f’partita ta’ ħbiberija fi Stade de France erbat ijiem wara.