Bdejna ġimgħa ġdida, iżda l-problemi fil-ġbir tal-iskart baqgħu jippersistu.
Illum Net News irċieva diversi ilmenti ta’ nies illi waħħlulhom l-isticker “Sort it Out”, meta fil-verita’ ħarġu l-borża li effettivament kellhom joħorġu.
F’Ħal Qormi, per eżempju, illum, tinġabar il-borża s-sewda. Iżda diversi residenti innutaw li uffiċjali tal-Wasteserv waħħlulhom l-isticker il-ħamra – sticker illi tindika li inħarġet il-borża l-ħażina, meta fil-verita’ l-iżball sar mill-uffiċjali u mhux min-nies.
Sitwazzjonijiet simili seħħew f’lokalitajiet oħra.
Intant, minn għada in-nies se jerġgħu jintbgħatu fil-kju biex jiġbru aktar bins. Hekk kif kull residenza hija ntitolata għal sett ta’ erba’ kontenituri meta tiġi ppreżentata l-karta tal-identita`.
It-tqassim f’Malta se jibda mit-13 ta’ Novembru u jibqa’ sejjer sal-aħħar tax-xahar, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7:30am u l-5pm, minn Ta’ Qali.
//= $special ?>