Il-Partit Nazzjonalista jrid irawwem lill-mexxejja ta’ għada u kien għalhekk kien imniedi l-programm Future Leaders.
Hekk qal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli dwar is-suċċess fil-programm Future Leaders, li għaddej bħalissa b’kordinazzjoni bejn il-Fondazzjoni AŻAD u l-Partit Nazzjonalista.
F’dan il-programm, żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-24 sena qed jingħataw taħriġ u żvilupp għax jemmnu li għandhom aspirazzjoni li jidħlu fil-ħajja politika.
Min-naħa tiegħu, l-intenzjoni tal-programm Future Leaders hu ikunu msawra l-politiċi ta’ għada.
L-interess qawwi f’dan is-seminar wassal biex is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista żvela li hemm il-ħsieb li jerġa’ jsir programm ieħor bħal dan.
Dan wara li din l-edizzjoni qed tara l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 60 parteċipant.
F’dawn il-ġimgħat, iż-żgħażagħ qed ikollhom sessjonijiet ma’ għadd ta’ politiċi u personalitajiet oħrajn, li magħhom qed jiddiskutu dwar kif jistgħu jiddibattu u jipparteċipaw aktar fil-politika.
Fost l-oħrajn, il-Ħadd, huma kienu indirizzati mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
//= $special ?>
