Militanti Palestinjani mill-Medda ta’ Gaza ftit tal-ħin ilu sparaw tal-anqas 80 rokit lejn in-Nofsinhar ta’ Iżrael.
Xi wħud minn dawn ir-rockets niżlu fil-bliet Iżraeljani ta’ Sderot u Netivot u kien hemm nies midruba. Fil-pront intervena l-militar Iżraeljan bi bumbardamenti madwar Gaza.
Dan wara rejd minn truppi speċjali Iżraeljani li fih inqatlu kmandant militari tal-Hamas kif ukoll sitt militanti Palestinjani oħra, u wkoll kurunell Iżraeljan.
B’ritaljazzjoni għal dan ir-rejd, il-Hamas spara 17-il rocket lejn Iżrael bi tpattija għar-rejd, li kien akkumpanjat ukoll minn bumbardament mill-ajru Iżraeljan.
Minħabba dan l-inċidenti, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu temm ħesrem iż-żjara tiegħu fi Franza, fejn kien mar għaċ-ċerimonji tal-100 sena minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinija.
Ikompli l-isparar ta’ rockets minn Gaza lejn Iżrael


