Illum ħa l-ġurament tal-ħatra l-ewwel Kummissarju tal-Istandards, l-avukat George Hyzler. Hu ingħata l-kariga f’ċerimonja li saret fil-Palazz il-Belt.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Malli ħareġ miċ-ċerimonja, kienu mistennija d-domandi tal-ġurnalisti dwar il-kumpanija sigrieta 17 Black, u jekk hu fil-kariga l-ġdida tiegħu kienx jinvestiga lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.
“Kieku ġara issa, kien ikun parti minn xogħli li ninvestiga”, sostna l-Kummissarju tal-Istandards.
Hyzler insista wkoll illi issa jistenna li f’din il-kariga jitħalla jaħdem u ma jkollux indħil.
//= $special ?>