Internazzjonali

Il-ko-kreatur ta’ Marvel Comics, Stan Lee, imut fl-età ta’ 95 sena

Tħabbret il-mewt tal-ikona u ko-kreatur tal-Marvel Comics, Stan Lee, fl-età ta’ 95 sena.

F’karriera ta’ 60 sena, il-kittieb, editur, u wiċċ ewlieni tal-Marvel – għen sabiex mijiet ta’ super-eroj ġew kreati u spiċċaw f’diversi comics u films ċinematografiċi bħal; Spider-Man, Iron Man, The X-Men, the Incredible Hulk u Thor.

Lee, iben żewġ immigranti mir-Rumanija li marru jgħixu f’New York, għen sabiex id-dinja tal-comics ħadet xejra ġdida u rnexxielu jixħet dawl fuq dak li lura fis-snin kien mwarrab. Huwa rnexxielu jħabbata mad-DC Comics li kellhom super eroj bħal fost oħrajn Superman, Batman u Flash.

Bosta persunaġġi ewlenin kif ukoll segwaċi tax-xogħol ta’ Stan Lee sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali fejn saħqu li żgur li d-dinja tal-comics mhux ser tibqa’ l-istess mingħajr ix-xogħol ġenjali ta’ Lee.