Lokali Parlament

Il-Prim Ministru għandu jneħħi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri jew jerfa’ r-responsabbiltà

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-Prim Ministru għandu jneħħi lill-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri jew jerfa’ r-responsabbiltà dwar il-każ ta’ 17 Black.

Fil-parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq mozzjoni dwar l-iżviluppi li seħħw fl-aħħar ġranet biex il-Kamra taġġorna u tiddiskuti l-aħbar ta’ Reutuers u The Times dwar min hu s-sid ta’ 17 Black, kumpanija reġistrata f’Dubaj li minnha kellhom jingħataw 150,000 dollaru fix-xahar lill-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Din hi kwistjoni ta’ natura urġenti minħabba li Electrogas qed topera l-power station. S’issa m’hemm l-ebda inkjesta għaddejja u ma’ kull ġurnata li tgħaddi qed tiżdied il-ħsara lill-pajjiż u għall-istabbiltà ekonomika tal-pajjiż, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne qal li prima facie mhux konvint li dak li qal Adrian Delia jissodisfa r-rekwiżiti għal dibattitu parlamentari u jiddiskutieha b’urġenza llum. Hu qal li meta jkun hemm allgazzjonijiet fuq deputati, l-parlament m’għandux jiddejjaq jiddiskutihom sakemm dawn ikunu allegazzjonijiet ta’ ċertu portata anzi hu dmir li l-parlament jiddiskutihom. Il-Viċi-Prim Ministru ppropona li llum stess isir id-diskussjoni fuq l-allegazzjonijiet li sar fuq id-deputati kollha inkluż membri tal-parlament Ewropew.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Chris Fearne mhux konvint iżda l-Oppożizzjoni hi konvinta li din hi kwistjoni ta’ natura serja u dawn m’humiex qlajjiet jew allegazzjonijiet. Il-Gvern qed jipprova jċekken aħbar li ħarġet mill-ikbar ġanejza tal-aħbarijiet.

L-Ispeaker qal li hawn qbil li ssir id-diskussjoni u għalhekk hu marbut li din issir skont l-ordnijiet tal-Kamra.

Fid-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu magħruf li din il-kwistjoni hi waħda li l-Gvern ftit xhur ilu rabat kampanja elettorali sħiħa magħha, kienet tifforma parti mill-manifest tiegħu u kienet il-bażi ta’ dak li biegħ lill-poplu bħala soluzzjoni tal-kontijiet tad-dwl u l-ilma, it-tneħħija tal-fabbriki tal-kanċer u biex il-pajjiż kollu jkollu eneġrija nadifa. Dak li rriżulta hu li m’hemm xejn nadif dwar din il-kwsitjoni.

Il-Prim Ministru rabat id-destin politiku tiegħu fil-konfront u mal-karru tas-sid tas-soċjetà Egrant. Hu aċċerta lill-poplu li jekk jirriżulta li jekk Egrant tkun tiegħu jew tal-mara jirriżenja mill-ewwel. Bl-istess kejl jirriżulta u hu ċar li hemm żewġ kumpaniji reġistrati – Tillgate u Harnville – li s-sidien tagħhom huma Keith Schembri u Konrad Schembri. Għalhekk, minnufih dawn kellhom jirriżenjaw. Saru proċeduri li l-poplu kollu jħallas miljun dollaru biex il-Prim Ministru jgħid li Egrant mhix tiegħu iżda ma qalx ta’ min hi. F’dak il-mument kien qed jikkundanna lil Konrad Mizzi u Keith Schembri li kellhom jirriżenjaw.

Adrian Delia kompla li dawn il-kumpaniji kienu reġisrati f’pajjiżi rinomati mad-dinja li fih jinħaslu l-flus. Hu tratta l-kumpanji involuti u qal li diġà kien hemm biżżejjed biex tintrefa’ responsabbiltà politika. Hu qal li l-Prim Ministru pprova jfixkel ir-responsabbiltà politika ma’ dik kriminali. Il-Prim Ministru stess qed iżommh milli jseħħu l-inkjesti.

Adrian Delia kompla li hemm informazzjoni u m’hemmx ċaħda dwar ta’ min l-kumpanija; persuna li hu invovlut fil-power station ta’ Delimara. Il-kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri kienu se jirċievu l-flus mingħand min il-ministru stess tah il-kunratt ta’ miljuni ta’ ewros għal 18-il sena mingħand il-poplu Malti. Dan ifisser li min qed jieħu d-deċiżjonijiet qed jaħdem għall-aqwa interess personali tiegħu stess. Hu kompla li dan flok jaraw kif jiġu l-aqwa prezzijiet għall-poplu Malti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan mhux qed iseħħ, m’hemmx bżonn inkjesta u żied li dan hu ħażin u abbuż sfaċċat ta’ poter li ħareġ fid-deher. F’ebda pajjiż fil-punent demokratiku ma jista’ imqar nofs dak li seħħ fil-pajjiż u ma tinterfax responsabbiltà politika. Hu kompla sakemm isir il-proċess, ir-responsabbiltà politika trid tintrefa’ minnufih.

Adrian Delia kompla li l-gvern qabel li din hi kwistjoni ta’ natura pubblika u urġenti għax teffettewa lil kulħadd. Din teffettwa r-reputazzjoni tal-pajjiż. Dak li l-Prim Ministru jrid iwaqqaf milli ssir ġustizzja fil-qorti, fid-dinja diġà ddeċidew fuq il-ġudizzju. Din hi kundanna politika fiha nnfisha.

Il-Kap tal-PN kompla lid-deputati m’għandhomx jabbużaw mis-sistema politika fejn il-parlament irid jddeċiedi għall-pajjiż. Il-Gvern irid jispjega għaliex irid jibqa’ jwebbes rasu flok ineħħi żewġ persuni. X’inhuma r-raġunijiet għaliex il-Prim Ministru kapaċi jiddeċiedi fuq kollox iżda fuq il-kwistjoni għandu jdejh marbutin? X’qed iżomm lill-Prim Ministru milli jneħħiehom?

Il-parlament irid jirrappreżenta l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u biex iwettaq dak li hu ta’ ġid komuni. X’ġid qed jieħu l-poplu bi strutturi biex jirċievu flejjes li b’id waħda jagħti kuntratt u b’id oħra jtiehomlu lura. Qatt ma kien hawnb każ jixxiebaħ ma’ dan. Il-pajjiż qed jarmi d-demokrazija biex jitħarsu d-drittijiet tal-poplu.

L-ammonti m’humiex żgħar għax jammontaw għalll-miljuni, sostna Adrian Delia, li kompla li din hi diskussjoni dwar il-prinċipji tat-trasparenza u governanza tajba. Biex il-pajjiż jibda jinġabar mill-ħsara li għamel dan il-gvern lill-pajjiż, irridu nidbew nibdew mil-lum.

L-Oppożizzjoni m’għandhiex dubju li dan qed jikkalpesta dak li hu tajjeb u hu ħażin. Qed jitkisser dak kollu li nbena fl-aħħar 25 sena fil-pajjiż. Hu staqsa għaliex Konrad Mizzi u Keith Schembri m’għandhomx jirriżenjaw. Ħadd m’hu ogħla mil-liġi, sostna Adrian Delia, li kompla li hemm liġi li tgħodd għal kulħadd.

Adrian Delia kompla li wasal iż-żmien li l-għamad tal-Gvern issa waqa’ u issa ħadd m’għanud dbuju dar strutturi min qabel biex tinkiser il-liġi. M’hemm ebda raġuni għaliex ma tittiħidx responsabbiltà politika. L-Oppożizzjoni qed tibqa’ taħdem sakemm dak li hu ta’ ġid għall-pajjiż iseħħ. F’pajjiżi barranin tittieħed responsabbiltà politika quddiem każi bħal dawn. Jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri ma jirriżenjawx, il-Prim Ministru jkollu jerfa’ r-responsbabiltà, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.