– Jason Azzopardi, PN
Il-Prim Ministru Joseph Muscat bilfors hu ostaġġ ta’ Konrad Mizzi jew Keith Schembri u jekk jinżlu huma jkollu jinżel hu magħhom.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-parlament fejn qal li d-deputati Laburisti tkellmu fuq kollox minbarra 17 Black u kompla li d-deputati Laburista lanqas ċaħdu r-rapporti dwar 17 Black li minnhom Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu se jdaħħlu €150,000 fix-xahar. Fl-2013 Daphne Caruana Galiza kienet diġà semmiet lil Yorgen Fenech u fl-2017 ħarġet l-isem ta’ 17 Black li wara inbidel għal Wings Development.
Jason Azzopardi qal li daħlu €1.4 miljun mill-Ażerbajġan u €200,000 mill-kumpanija li hi propjeraja tat-tanker f’Marsaxsalokk. Dawn daħlu f’17 Black. F’Ġunju 2015 infetaħ kont għal 17 Black f’Dubaj. Il-Ministru Mizzi nqabad imur Dubaj fis-sigriet. Il-kumpanija li kien fuq il-bord li għażlet il-power station kien Nexia BT ta’ Brian Tonna.
F’Diċembru 2015 hemm email li n-Nexia BT bagħat email lil Mosack Foneska biex idaħħlu €150,000 fix-xahar minn Konrad Mizzi u Keith Schembri; €34 miljun fuq 18-il sena. Meta jkun magħruf ta’ min hi McBridge ikun magħruf liema huma l-flus tal-korruzzjoni deħlin. Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu lesti jħallsu E90,00 biex jiftħu kont tal-bank meta sar f’Malta jinfetaħ b’xejn.
Il-Prim Ministru u sitt persuni qed jagħmlu minn kollox biex l-inkjesti ma jibdewx. L-inkejsta ta’ Egrant għad mhix pubblikata, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-Pl għamle storja fuq arloġġ tal-lira meta kien hemm di;a pjani għal korruzjzoni ta’ €5000 kuljum.
//= $special ?>