– Simon Busuttil, PN
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li ż-żejt issa tela’ f’wiċċ l-ilma u sostna li l-gvern mhux iwieġeb dwar dak li ħareġ nhar il-Ġimgħa fuq 17 Black. Dan hu l-akbar każ ta’ korruzzjoni fl-istorja politika tal-pajjiż. Hu qal li hemm rabta ċara ta’ korruzzjoni bejn il-power station u nies li hemm f’Kastilja, Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Fil-parlament Simon Busuttil qal li dawn huma l-aktar tnejn viċin il-Prim Ministru. Il-fatti huma li l-konsulent Brian Tonna irreġistra tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama; tnejn minnhom ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. F’April kien magħruf li l-kumpaniji se jirċievu 150,000 dollaru fix-xahar u li l-flus ġejjin mingħand bniedem li hu s-sid tal-power station stess.
Simon Busuttil kompla li dawn huma fatti li ma jista’ jirribattihom ħadd. Dan ifisser li meta wegħdu li jraħħsu l-kontijiet kienu qed jippjanaw li parti mir-roħs idaħħluh fil-but huma stess. Dawn m’humiex allegazzjonijiet iżda fatti ċari u li ħadd ma jista’ jiċħadhom. Din hi biss korruzzjoni minn 17 Black biss għaliex hemm ukoll il-kumpanija McBridge. Ta’ min hi McBridge? Hu kompla li għax dawn inqabdu qabel għaddew il-flus ma jfissirx li m’għamlu xejn għaliex l-attentat ta’ reat kriminali hu xorta reat kriminali anki jekk m’għaddewx flus.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn inqabdu iżda jekk inqabdu fuq 17 Black, hawn xi ħadd jiggarantixxiu li dawn il-flus mhux qed jgħaddu minn x’imkien ieħor? L-Oppożizzjoni trid responsabbiltà politika u mhux proċessi fil-qorti. Hu tkellem dwar ir-responsabbiltà politika u dik legali u qal li l-Gvern qed joġġezzjona li tibda inkjesta fil-qorti.
Simon Busuttil, li kompla li l-Prim Ministru kien jaf jew missu kien jaf għaliex kull ma kellu jagħmel kien li jistaqsi liċ-Chief of Staff tiegħu, Il-Prim Ministru hu politkament responasbbili u hu kompliċi għax għattielhom. Il-Prim Ministru missu għajtilhom keċiehom u staqsiehom għaliex infetħu dawn il-kumpaniji.
Simon Busuttil qal lil-Prirm Ministru anqas jekk ma staqsiehomx minn fejn ġejjin il-flus. Hu żgur li l-Prim Ministru staqsihom dwa rminn fejn ġejjin il-flus. L-agħar ħaġa hi li l-Prim Ministru jgħid li mhux se jieħu passi qabel il-qorti tiddeċiedi jekk hu stess il-Prim Ministru stess qed joġġezzjona li tibda l-inkjetsa. Wara sena u nofs l-inkjesta għad ma bdietx għax il-Prim Ministru ma jridx jieħu passi. Għalhekk il-Prim Ministru għandu jerfa’ r-responsbabiltà.
Simon Busuttil appella lill-awtoritajiet, lill-pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-FIAU biex jagħmlu dmirhom skont il-liġi u biex ma jibqgħux għodda f’idejn il-Prim Ministru li qed ikun tarka għal Konrad Mizzi u Keith Schembri. Hu appella lid-deputati Laburisti biex wieħed minnhom jieqaf u jgħid li dan hu ħmieġ u ma jridx ikollu x’jaqsam miegħu.
//= $special ?>