Residenti fi Triq Vincenzo Maculano fil-Fgura spiċċaw qamu f’nofs ta’ lejl hekk kif numru ta’ karozzi f’din it-triq inqerdu minn nirien qawwija.
Net News hu nfurmat li b’kollox kien hemm 4 karozzi li nħarqu. Il-vetturi kienu pparkjati wara xulxin.
Għadu mhux ċar jekk dan kienx ħruq volontarju jew ħsara teknika li żviluppat f’waħda minn karozzi.
Il-każ seħħ ftit qabel nofs il-lejl.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, għalkemm xi faċċati ta’ residenzi privati ġarrbu ħsarat minħabba s-saħħa tal-fjammi.
//= $special ?>