Lokali Parlament

MP Laburista jaċċetta li diskors ta’ Claudio Grech ittieħdet barra mill-kuntest

Id-deputat Laburista Glenn Bedingfield aċċetta deċiżjoni tas-Sedja li l-kummenti tad-deputat Nazzjonalista Caludio Grech dwar il-kundizzjonjiet fiċ-Ċentru tal-Immigranti fil-Marsa ttieħdu barra mill-kuntest mill-istess deputat laburista.

Fil-parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia rrifera għat-talba għar-ruling mitlub mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech dwar diskors tad-deputat Laburista Glenn Bedingfiled.

Fit-talba tiegħu Claudio Grech qal li d-deputat Laburista Bedingfield kien ikkwotah ħażin meta qabel tkellem seta’ ivverifika d-dikjarazzjoni tiegħu dwar id-diffikultajiet li qed jgħixu fihom l-immigranti fiċ-Ċentru tal-Marsa. Claudio Grech ċaħad li hu kien ipparaguna lill-immigranti max-xadini iżda dak li qal hu kien manipulat.

L-Ispeaker rrifera għal rulings preċedenti u għad-diskors sħiħ ta’ Claudio Grech u osservat li minkejja li Glenn Bedingfield irrikonoxxa d-dikjarazzjonijiet ta’ Claudio Grech iżda xorta baqa’ jikkritika. Is-Sedja nnotat ukoll li Glenn Bedingfield qal li jirrikonoxxi l-apoloġija ta’ Claudio Grech u li ma kellux intenzjoni li jattribwixxi skopijiet ulterjuri.

L-Ispeaker ħeġġeġ lid-deputati biex meta jikrkitikaw lill-kollegi jkunu ġusti billi jaraw il-fatti kollha u mhux kif ikunu interpratati minn ħaddieħor. Is-Sedja talbet lil Glenn Bedingfield biex fid-dawl ta’ dan jagħmel il-kjarifkazzjoni tiegħu.

Wara t-talba tal-Ispeaker, Glenn Bedingfield qal li hu joqgħod għal dak li jgħid is-Sedja u għamel id-dikjarazzjoni u l-kjarifikazzjoni skont kif mitlub.

Is-sedja aċċettat il-pożizzjoni ta’ Glenn Bedingfield.