Il-midfielder Franċiż Samir Nasri se jagħmel l-eżami mediku f’Londra biex wara jingħaqad ma’ West Ham. Nasri jista’ jerġa’ jitħarreġ minn dan ix-xahar wara li ntemmet is-sospensjoni ta’ sena u nofs li kellu marbuta mad-doping.
Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li l-eks plejer ta’ Arsenal u Manchester City se jingħaqad mal-Hammers għal sitt xhur bl-għażla li jestendi l-kuntratt. Il-plejer ta’ 31 sena se jkun jista’ jerġa’ jibda jilgħab mill-1 ta’ Jannar u se jkun qed jingħaqad ma’ wieħed mill-kowċis li kellu ma’ Manchester City, Manuel Pellegrini.
Nasri kien jinsab marbut b’kuntratt mal-klabb Tork Antalyaspor iżda l-kuntratt kien itterminat fil-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Xahar wara hu kien sospiż għal sitt xhur fil-bidu talli uża trattament bid-drip li marru kontra r-regoli tal-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping. Dan wassal għal investigazzjoni mill-Aġenzija Spanjola. Is-sospensjoni kienet bdiet mill-1 ta’ Lulju tal-2017.
Allegatament fl-2016, Nasri rċieva 500 millimetru ilma f’likwidu li jaqbeż il-limitu. Fi Frar tas-sena l-oħra, Sevilla, il-klabb li kien b’self miegħu, talbu eżenzjoni terapewtika li kienet rifjutata mill-UEFA u wara l-istess deċiżjoni ttieħdet mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.
Il-midfielder lagħab 215-il logħba fil-Premier League ma’ Arsenal bejn l-2008 u l-2011, qabel ingħaqad ma’ Manchester City għal €30 miljun u baqa’ magħhom sa Awwissu tas-sena l-oħra.
//= $special ?>